TPP (Tagħmir Personali Protettiv) u Sinjali ta’ Sigurtà
Il-każ juri lbies tax-xogħol adegwat, użu ta’ tagħmir personali protettiv, u sinjali ta’ sigurtà fuq il-post tax-xogħol. Il-każ jinkludi żewġ kartitaħriġ u preżentazzjoni bl-islajds.
Nizzel il-Kartataħriġ 1
Nizzel il-Kartataħriġ 2
Niżżel il-Preżentazzjoni bl-Islajds
Niżżel id-deskrizzjoni tal-każ
Back
to Top
Perikli Speċjali f’Sit
Il-każ juri l-perikli li ħaddiem jaf jiltaqa’ magħhom f’sit. Attitudni skorretta u prattiċi żbaljati huma murija, kif ukoll oħrajn tajbin. L-għan hu li wieħed jasal jifhem x’inhu tajjeb u x’għandu jiġi evitat f’sit fejn ikun isir ix-xogħol sabiex il-ħaddiem jibqa’ f’saħħtu u ’l bogħod minn kull periklu li jista’ jkun ta’ ħsara għas-saħħa u s-sigurtà tiegħu.
Ħolqa għall-vidjow: https://www.youtube.com/watch?v=TGaClfbWfU4
Niżżel il-każ:
Irfigħ Manwali
Il-każ jitlob li l-parteċipanti jaraw vidjow li juri x’ikun irfigħ manwali u jidentifikaw kull kwistjoni li josservaw. Jista’ jkun li jerġa’ jintwera l-vidjow biex il-parteċipanti jkollhom ħin li jagħmlu noti dwar l-osservazzjonijiet tagħhom.
Ħolqa għall-vidjow:
Niżżel il-każ:
Iżolazzjoni Sigura – każ b’Realtà Virtwali
Dan il-każ b’Realtà Virtwali jippermetti lill-istudenti jaraw u jissieħbu mal-ambjenti tal-postijiet tax-xogħol għall-kenn tal-ambjent tal-klassi.
L-istudenti għandhom jesploraw mingħajr għaġġla biex jifhmu l-ambjent tax-xogħol b’mod aħjar milli kieku jużaw riżorsi tradizzjonali bħal powsters, kartinoti u kotba.
Kif għandek tara l-vidjow b’Realtà Virtwali:
- Fuq il-komputer tista’ tuża l-maws biex ddur mal-kamra.
- Fuq Tablets u Smartphones. L-użu ta’ apparat li jinżamm fl-id, bħal iPhones, iPads jew tagħmir ieħor simili, jagħti riżultati aħjar għax jista’ juża s-sensers taċ-ċaqliq fil-ħin reali. Tista’ tniżżel applikazzjoni sabiex tara Realtà Virtwali minn Google Play jew APP Store.
Ara l-vidjo hawn: https://youtu.be/w5Uum3PPOps
Ara l-każ f’dawn il-lingwi:
Sinjali fil-Ħanut tax-Xogħol u Tagħmir Protettiv Personali
Dan il-każ b’Realtà Virtwali jippermetti lill-istudenti jaraw u jissieħbu mal-ambjenti tal-postijiet tax-xogħol għall-kenn tal-ambjent tal-klassi.
L-istudenti għandhom jesploraw mingħajr għaġġla biex jifhmu l-ambjent tax-xogħol b’mod aħjar milli kieku jużaw riżorsi tradizzjonali bħal powsters, kartinoti u kotba.
Kif għandek tara l-vidjow b’Realtà Virtwali:
- Fuq il-komputer tista’ tuża l-maws biex ddur mal-kamra.
- Fuq Tablets u Smartphones. L-użu ta’ apparat li jinżamm fl-id, bħal iPhones, iPads jew tagħmir ieħor simili, jagħti riżultati aħjar għax jista’ juża s-sensers taċ-ċaqliq fil-ħin reali. Tista’ tniżżel applikazzjoni sabiex tara Realtà Virtwali minn Google Play jew APP Store.
Ara l-vidjo hawn: https://youtu.be/tKr3YvrgO3M
Ara l-każ f’dawn il-lingwi:
Saħħa u Iġene – Ħsara b’Għodda li Tivvibra
Fil-vidjo jintwerew sitwazzjonijiet differenti li għandhom x’jaqsmu ma’ ħsara kkawżata minn użu ta’ għodda.
Ara l-vidjo hawn: https://youtu.be/-0VSj1u7-J0
Ara l-każ f’dawn il-lingwi:
Saħħa u Iġene – Prodotti Kemikali
Fil-vidjo jintwerew sitwazzjonijiet differenti li għandhom x’jaqsmu ma’ ħsara kkawżata minn użu ta’ prodotti kemikali.
Ara l-vidjo hawn: https://youtu.be/qt8KKECwX-c
Ara l-każ f’dawn il-lingwi:
Saħħa u Iġene – Storbju
Fil-vidjo jintwerew sitwazzjonijiet differenti li għandhom x’jaqsmu ma’ ħsara kkawżata minn storbju fuq ix-xogħol.
Ara l-vidjo hawn: https://youtu.be/BxCku4GRUko
Ara l-każ f’dawn il-lingwi:
Saħħa u Iġene – Protezzjoni għall-ġilda
Fil-vidjo jintwerew sitwazzjonijiet differenti li għandhom x’jaqsmu ma’ ħsara fil-ġilda.
Ara l-vidjo hawn: https://youtu.be/DlFmNADqfNQ
Ara l-każ f’dawn il-lingwi:
Riskji Ambjentali
Vidjo li juri kif azzjonijiet waqt xogħol joħolqu problemi ambjentali. Il-każ hu bbażat fuq li parteċipanti jaraw vidjo u li jkunu mitluba josservaw dawk l-azzjonijiet li joħolqu problemi għall-ambjent. Jaf ikun meħtieġ li l-vidjo jintwera diversi drabi sabiex il-parteċipanti jkollhom il-ħin jagħmlu l-osservazzjonijiet tagħhom.
Ara l-vidjo hawn: https://youtu.be/D0FFz2Wh4f0
Niżżel il-każ f’dawn il-lingwi:
Saħħa u Perikli (F’ħanut tax-xogħol tal-welding)
aktar f’xogħol relatat ma’ welding f’ħanut tax-xogħol.
Il-parteċipanti se jaraw vidjo (Saħħa u Perikli – welding), jagħrfu l-perikli u janalizzawhom. Ara l-vidjo hawn: https://youtu.be/5g-9u2yzMAE
Niżżel il-każ f’dawn il-lingwi:
Saħħa u Perikli (f’sit ta’ kostruzzjoni)
Il-parteċipanti se jsiru aktar konxji dwar saħħa u perikli fuq il-post tax-xogħol, l-aktar f’xogħol relatat ma’ installazzjonijiet tal-elettriku.
Il-parteċipanti jaraw vidjo (Saħħa u Perikli), jagħrfu l-perikli u janalizzawhom. Ara l-vidjo hawn: https://youtu.be/JOqNoiY-Crc
Niżżel il-każ f’dawn il-lingwi:
Tagħmir tax-Xogħol
Il-parteċipanti se jsiru aktar konxji minn proċeduri ta’ kafkaf fuq il-post tax-xogħol, l-aktar dawk relatati ma’ xogħol fl-elettriku u kif nistgħu nevitawhom.
Il-parteċipanti jaraw vidjo (Tagħmir tax-Xogħol), jagħrfu l-perikli u janalizzawhom. Ara l-vidjo hawn: https://youtu.be/huQyiFbW3c8
Niżżel il-każ f’dawn il-lingwi:
Nar u Emerġenzi
Il-każ juża vidjo b’Realtà Virtwali 3D fejn min qiegħed jużah jista’ jdur f’binja (f’kompjuter billi juża l-maws) u jieħu deċiżjonijiet billi jikklikkja fuq dwawar ħomor. L-iskop hu li j/toħroġ mill-binja li qiegħda taqbad u jasal fil-punt tal-assemblea tan-nar.
Il-vidjo b’realtà virtwali hu fajl kbir (150MB), għalhekk, jekk jogħġbok, hu ftit paċenzja sakemm jinżel kollu.
Sabiex tara l-vidjo b’realtà virtwali jrid ikollok installata l-aħħar verżjoni ta’ Adobe Flash player.
Niżżel dan il-każ f’dawn il-lingwi:
Niżżel il-vidjo b’realtà virtwali f’dawn il-lingwi:
Xogħol fil-Għoli
Il-każ hu bbażat fuq li l-parteċipanti jaraw vidjo u jinnotaw kwistjonijiet relatati mal-ambjent tax-xogħol. Jista’ jkun hemm bżonn li l-vidjo jiġi ripetut sabiex il-parteċipanti jkollhom ħin biżżejjed biex jieħdu n-noti u jagħmlu l-osservazzjonijiet tagħhom.
Niżżel dan il-każ f’dawn il-lingwi:
Ara dan il-vidjo bil-lingwi li ġejjin:
Short circuits u konsegwenzi
Ħalli l-parteċipanti tal-kors jaraw il-vidjo (madwar 2 minuti) flimkien jew waħedhom.
Niżżel dan il-każ f’dawn il-lingwi:
Assessjar tar-riskju u qari ta’ elettriku
Ħalli l-parteċipanti tal-kors jaraw il-vidjo (madwar minuta u nofs) flimkien jew waħedhom.
Niżżel dan il-każ f’dawn il-lingwi:
Tibdil ta’ RCD
Ħalli l-parteċipanti tal-kors jaraw il-vidjo (madwar 2 minuti) flimkien jew waħedhom.
Niżżel dan il-każ f’dawn il-lingwi:
Għodda
Ħalli l-parteċipanti tal-kors jaraw il-vidjo (madwar minuta u nofs) flimkien jew waħedhom.
Niżżel dan il-każ f’dawn il-lingwi:
Insulazzjoni
Ħalli l-parteċipanti tal-kors jaraw il-vidjo (madwar 2 minuti u nofs) flimkien jew waħedhom.
Niżżel dan il-każ f’dawn il-lingwi:
Xogħol fuq elettriku ħaj
Ħalli l-parteċipanti tal-kors jaraw il-vidjo (madwar 2 minuti) flimkien jew waħedhom.
Niżżel dan il-każ f’dawn il-lingwi:
Xogħol fuq elettriku mejjet
Ħalli l-parteċipanti tal-kors jaraw il-vidjo (madwar 3 minuti) flimkien jew waħedhom.
Niżżel dan il-każ f’dawn il-lingwi:
Riskji u Sigurtà tax-xogħol
Ħalli l-parteċipanti tal-kors jaraw il-vidjo (madwar 7 minuti) flimkien jew waħedhom.
Niżżel dan il-każ f’dawn il-lingwi:
Assessjar tar-riskju 1
Il-każ jitlob li l-parteċipanti jaraw vidjo u jinnotaw sitwazzjonijiet fejn seta’ nħoloq periklu fuq il-post tax-xogħol
In-nuqqasijiet li jidhru fil-vidjo dwar l-ambjent tax-xogħol huma:
- Diżordni fuq il-post tax-xogħol
- Tagħmir protettiv għall-għajnejn u l-widnejn
- Diżordni fuq il-bank / lant tax-xogħol
- Likwidi li jaqbdu malajr (gass tal-lajters, deterġenti, etc.) fuq il-post tax-xogħol
- Materjal li jaqbad bħal karti u kartun ħdejn ix-xrar.
- L-użu tal-għodda (angle grinder) mingħajr protezzjoni u użata mingħajr ingwanti.
- L-użu tal-għodda (angle grinder) mingħajr ilbies protettiv (nuċċali protettiv).
- L-użu tal-għodda (angle grinder) mingħajr ilbies protettiv (protezzjoni għall-widnejn)
- L-użu tal-għodda (angle grinder) mingħajr protezzjoni u mingħajr manku.
Niżżel dan il-każ f’dawn il-lingwi:
Assessjar tar-Riskju 2
Il-każ jitlob li l-parteċipanti jaraw vidjo u jinnotaw sitwazzjonijiet fejn seta’ nħoloq periklu fuq il-post tax-xogħol
In-nuqqasijiet li jidhru fil-vidjo dwar saħħa sigurtà fuq il-post tax-xogħol huma:
- Wajer flessibbli maqbud bejn il-bieb u l-koxxa (x’tip ta’ perikli / riskji jistgħu jinqalgħu?)
- Għodda jew apparat bil-ħsara – (sieq mgħawġa ta’ sellum tal-aluminju).
- Għodda mhux użata sewwa – (driler mingħajr apparat li jilqa’ t-trab)
- Titqib qrib wajer tal-elettriku (x’tip ta’ perikli / riskji jistgħu jinqalgħu?)
- Tagħmir protettiv personali (ingwanti, nuċċali protettiv, żarbun tas-sigurtà, apparat tal-protezzjoni għall-widnejn, maskra għat-trab, żarbun bil-lazz maħlul użat fuq sellum).
- Sellum imqiegħed wara bieb (x’tip ta’ perikli /riskji jistgħu jinqalgħu?)
- Wajer imsewwi ta’ malajr bit-tejp – mhux l-aħjar soluzzjoni.
Niżżel dan il-każ f’dawn il-lingwi:
Xogħol fuq swiċċbord b’elettriku ħaj – riskji u sigurtà
Il-każ huwa bbażat fuq vidjo li jinkludi numru ta’ sitwazzjonijiet ta’ sigurtà
- Xogħol fuq elettriku mejjet
- Xogħol fuq elettriku ħaj
- Tagħmir ta’ protezzjoni
- Insulazzjoni
- Għodda
- Tibdil ta’ RCD
- Assessjar tar-riskju u kejl
- Ixxortjar u konsegwenzi
Ħsibijiet għall-kartanota
- X’inhuma n-neċessitajiet għall-għodda li ser tintuża sabiex isir xogħol fuq swiċċbords?
- Semmi xi tipi ta’ Tagħmir Personali Protettiv u meta jintuża.
- Qabel ma taħdem fuq swiċċboard, kif ser tagħmel assessjar tar-riskju?
- Dejjem timxi mal-prekawzjonijiet tas-sigurtà kif jidhru fil-vidjo? Għaliex le?
Niżżel dan il-każ f’dawn il-lingwi: